Raġel ta’ 36 sena li joqgħod fil-Belt Valletta, ittieħed l-Isptar Mater dei għal kura medika wara li sofra ġrieħi f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ aktar kmieni għall-ħabta tal-11:20 a.m fi Triq Sant’Andrija.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel, kien qiegħed isuq mutur Honda, tilef il- kontroll u waqa’.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.