It-tobba ta’ Chelsea qed jevalwaw il-kundizzjoni fiżika tal-viċi-captain Ben Chilwell. Id-difensur internazzjonali Ingliż kellu joħroġ fil-logħba kontra Brighton and Hove Albion u jidher li għandu problema fil-muskolu ta’ siequ.
Il-Blues għandhom disa’ plejers li bħalissa qed ibatu minn injury bil-kowċ Mauricio Pochettino li xejn ma kellu bidu faċli.
Chilwell diġa’ kellu problemi fil-hamstring b’diversi segwaċi tiegħu jitolbu li ma jkollu xejn gravi.