Thursday, October 17, 2024

Ben Yedder fl-inkwiet wara akkużi ta’ vjolenza sesswali

Aqra wkoll

L-eks plejer internazzjonali Franċiż Wissam Ben Yedder spiċċa l-qorti ta’ Nice t-Tlieta li għaddew wara li qed jiġi akkużat li wettaq vjolenza sesswali fuq mara.

Ben Yedder, li għand 34 sena u kien captain ta’ AS Monaco, bħalissa jinsab mingħajr klabb hekk kif qed jipprova jaqta’ l-vizzju ikrah tax-xorb.

Jidher li l-każ seħħ fis-6 ta’ Settembru li għadda meta Ben Yedder kien fis-sakra u stieden lil din il-mara sabiex imorru fil-karozza. Kien hemmhekk li hu wettaq vjolenza fuqu.

Ben Yedder se jkollu seduta oħra u jista’ jeħel sa għaxar snin ħabs.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport