Saturday, November 30, 2024

Benfica jitolbu €80m għall-attakkant Darwin Nunez

Aqra wkoll

Benfica qed jitolbu somma ta’ €80m għall-attakkant Darwin Nunez, fost interess rappurtat minn għadd ta’ clubs elite Ewropej fosthom Manchester City u Arsenal.

Il-player ta’ 22 sena rriżulta bħala wieħed mill-aktar attakkanti mfittxija qabel it-twieqi ta’ trasferimenti li ġejjin, wara perjodu prolifiku fl-attakk għall-ġganti Portugiżi.

Nunez sab ix-xibka 18-il darba f’21 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun, inklużi 13-il goal f’daqstant partiti tal-Primeira Liga, u għen lill-Eagles jibqgħu fit-tellieqa għat-titlu mar-rivali Sporting Lisbon u Porto.

Benfica qed jistennew li jirċievu talbiet għal Nunez fl-2022 u jifhmu li clubs interessati x’aktarx ma jattivawx il-klawsola ta’ release tiegħu ta’ €150m, u għalhekk naqqsu l-valutazzjoni tagħhom għal €80m.

Benfica huma determinati li jżommu lill-attakkant tagħhom u se jinformaw lil  kwalunkwe timijiet interessati li mhux se jaċċettaw l-ebda offerta taħt il-valutazzjoni tiegħu.

Nunez, li għad fadallu ftit aktar minn tliet snin u nofs fil-kuntratt tiegħu, kien marbut ukoll ma’ Chelsea, Manchester United, Atletico Madrid, Real Madrid u Borussia Dortmund.

Sport