Il-club Portugiż Benfica temm ħesrem il-kuntratt tal-coach, Jorge Jesus, wara sensiela ta’ riżultati negattivi kif ukoll relazzjoni ħażina mal-players.
Benfica ħabbru li l-club laħaq ftehim ma’ Jesus “għat-terminazzjoni tal-kuntratt tiegħu b’effett immedjat”, u żiedu jgħidu lil l-coach tat-team tar-reserves, Nelson Verissimo, se t-tmexxija tat-team sa tmiem l-istaġun.
Il-club ibbażat f’Lisbona, ikkwalifikaw għar-round tal-Aħħar 16 taċ-Champions League, flimkien ma’ Bayern Munich u għad-detriment ta’ Barcelona, iżda minn dakinhar kellu sensiela ta’ riżultati negattivi f’darhom dan ix-xahar.
Huma jinsabu fit-tielet post fil-klassifika, erba’ punti taħt iċ-champions renjanti , Sporting Lisbon u r-rivali Porto.