Wednesday, October 9, 2024

Benfica jsaħħu l-ewwel post fil-Portugall

Aqra wkoll

Fil-kampjonat Portugiż, Benfica saħħew l-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lil Gil Vicente 2-0. Huma ħallew għall-aħħar sabiex skorjaw iż-żewġ gowls li ddeterminaw il-logħba, b’Chiquinho li poġġihom fil-vantaġġ u Alex Grimaldo li jirdoppja l-iskor. 

F’aktar logħbiet, Braga baqgħu mal-ewwel tlieta wara li għelbu lil Portimonense 4-1. Abel Ruiz, Youri Medeiros, Sikou Niakate u Ricardo Horta skorjaw għal Braga b’Rui Gomes inaqqas l-iskor għal Portimonense.

Sport