Saturday, December 21, 2024

Benjamin Mendy jidher quddiem il-qorti akkużat bi stupru

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Manchester City, Benjamin Mendy, deher il-Qorti akkużat b’erba’ akkużi ta’ stupru u wieħed ta’ attakk sesswali.

Il-player ta’ 27 sena huwa akkużat li attakka tliet nisa fid-dar tiegħu f’Cheshire bejn Ottubru 2020 u Awwissu 2021.

Louis Saha Matturie ta’ 40 sena minn Salford deher ukoll f’Chester Crown Court akkużat b’erba’ akkużi ta’ stupru.

L-ebda wieħed mill-irġiel ma ntalab idaħħal mottiv u t-tnejn inżammu arrestati.

Huma jmisshom jidhru l-qorti fil-15 ta’ Novembru u ġiet iffissata data tal-proċess għall-24 ta’ Jannar.

L-internazzjonali Franċiż, Mendy, ta’ Prestbury, lagħab maċ-champions tal-Premier League fl-istaġun li għadda mill-2017, meta ngħaqad minn Monaco għal £52 miljun.

Bħalissa huwa jinsab sospiż fejn il-kuntratt tiegħu mistenni jiġi wkoll annullat.

Ekonomija

Sport