Wara madwar sentejn fejn ma kienx qed jilgħab, il-winger Franċiż Benjamin Mendy iffirma kuntratt ta’ żewġ staġuni ma’ Lorient. Dawn tal-aħħar jilagħbu fl-ogħla diviżjoni Franċiża u jistgħu jfissru ċ-ċans għal Mendy li jerġa’ jibda l-karriera tiegħu wara xhur ta’ kalvarju minħabba li kien akkużat li stupra mara.
Dan se jkun ukoll ir-ritorn ta’ Mendy fil-futbol Franċiż wara li fil-passat libes il-flokkijiet ta’ Le Havre, AS Monaco u Olympique Marseille.