Thursday, September 19, 2024

Benjamin Pavard kuntent fl-ewwel ġranet ma’ Inter

Aqra wkoll

Benjamin Pavard se jkun qed jilbes il-flokk numru 28 ma’ Inter. Hekk kif hu xtaq in-numri 2 jew 23, dawn kienu diġa’ ttieħdu u għalhekk ħa d-data tat-twelid tiegħu.

Pavard kellu l-ewwel mumenti mal-klabb minn Milan fejn fisser il-ferħ tiegħu li ġie jilgħab fis-serie A Taljana. Hu faħħar lill-kowċ Simone Inzaghi li qal li hu ferm professjonali f’xogħlu.

Pavard fil-passat lagħab ukoll ma’ Lille, Stuttgart u Bayern Munich.

Sport