Manchester United jista’ jkollu vantaġġ fuq Arsenal fil-ġlieda għall-attakkant internazzjonali Sloven Benjamin Sesko minħabba d-direttur tar-reklutaġġ tagħhom, Christian Vivell.
Vivell, li ingħaqad mal-United mingħand Chelsea fi Frar ta’ din is-sena, qabel ħadem ma’ RB Salzburg u kien hu li skopra lil Sesko meta kellu 16-il sena u ħadu ma’ Salzburg fl-2019. Dan jagħti lil United pożizzjoni b’saħħitha biex jakkwistaw lil dan il-plejer talentuż li ilu jissemma’ ma’ ħafna timijiet fil-passat.