Tuesday, May 14, 2024

Bennej akkużat li spara tiri lis-sewwieq ta’ warajh għax teptiplu d-dawl

Aqra wkoll

Raġel minn Ħal Lija li jaħdem bħala bennej tressaq il-Qorti akkużat li fil-15 ta’ Mejju li għadda, għall-ħabta ta’ 12.30am spara tiri mill-karozza tiegħu wara li dak li kien qed isuq warajh teptiplu d-dawl

Melvin Carmel Micallef ta’ 32 sena ġie akkużat li waqt li kien ħdejn ir-roundabput ta’ San Paul il-Baħar uża arma tan-nar meta me kellux il-liċenzja li jagħmel dan, kif ukoll ikkawża biża’ fuq Emanuel Attard.

Skont dak li ġie ppreżentat mill-prosekuzzjoni jirriżulta li Micallef beda jsuq bi traskuraġni u Attark li kien qed isuq warajh beda teptiplu d-dawl. Kien f’dan il-mument li allegatament Micallef ħareġ pistola u spara tir li ma kienx sparat fid-direzzjoni tal-vettura ta’ Attard.

Minħabba li l-pistola ma nstabix fil-karozza, l-Ispettur Christian Cauchi li qed imexxi l-Prosekuzzjoni talab lil Qorti biex jieħdu kampjuni mill-imnieħer, mill-widnejn u anke minn fuq ix-xagħar tal-akkużat. Il-karozza lanqas kienet mkituba fuq Micallef, iżda jidher li din l-istess karozza nxtrat u nbiegħet minn sitt persuni qabel spiċċat għand l-akkużat.

Il-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni u ħatret lill-espert Matthew Grima sabiex janalizza l-GSR minn fuq l-imputat.

L-avukati difensuri Dr Shaun Zammit u Dr Franco Debono talbu għall-ħelsien mill-arrest liema talba ġiet milqugħa mill-Qorti. Hu ngħata l-libertà proviżorja fuq diversi kundizzjonijiet fostjom li jiffirma l-għaddsa tal-pulizija darbtejn fil-ġimgħa, ikun id-dar sal-10.00pm kif ukoll iħallas depożitu ta’ €3000 u garanzija personali ta’ €17,000.

Sport