Hekk kif Inter għadhom qed jistennew bil-ħerqa li jagħlqu mal-gowlkiper internazzjonali Svizzeru Yann Sommer, id-diriġenti tal-klabb qed jevalwaw il-profil ta’ Bento Matheus Krespki li għandu 23 sena u li bħalissa hu reġistrat ma’ Atletico Paranaense.
Dan hu attakkant Brażiljan li għandu x-xamma tal-gowl u li spikka fil-kampjonat Brażiljan, b’dan kollu ma ħarabx l-għajnejn attenti tad-diriġenti Nerazzurri.
Atletico qed jitolbu s-somma ta’ €8 miljun għalih, somma li Inter jistgħu jħallsuha.