Sunday, December 22, 2024

Beppe Marotta jappella għal “VAR” fir-rigward tal-abbuż razzjali

Aqra wkoll

B’reazzjoni għall-abbuż razzist riċenti li sofra Romelu Lukaku waqt is-semi-finali tal-Coppa Italia kontra Juventus, il-Kap Eżekuttiv ta’ Inter, Beppe Marotta, appella biex jiġu implimentati miżuri aktar b’saħħithom u biex il-logħob jitwaqqaf minnuih meta jinstemgħu kantijiet razzisti mill-istands.

L-uffiċjal tan-Nerazzurri lest li jippreżenta proposta lill-FIGC li tkun tinvolvi l-interruzzjoni immedjata tal-logħob jekk jinstemgħu kant u insulti b’motivazzjoni razzjali minn kummissarju indipendenti.

Marotta jemmen li d-deċiżjoni li tittieħed minn panel independenti, tkun tfisser li r-referee ma jkollux għalfejn jistenna sakemm jisma’ l-kant u l-insulti razzisti biex fl-istess waqt tittaffa wkoll ftit mill-pressjoni mill-uffiċjali fil-ground.

Il-proposta ta’ Marotta qed titqies minn ħafna bħala għajnuna esterna, simili għall-mod kif l-intervent tal-VAR jgħin lir-referees jieħdu deċiżjonijiet fil-ground.

Marotta jemmen ukoll li rispons aktar mgħaġġel u dirett għall-kant razzist jgħin biex ittaffi s-sitwazzjoni fl-istadiums minħabba li din il-problema qed terġa’ tikber.

Ekonomija

Sport