Wara li saret il-laqgħa straordinarja waqt il-waqfa internazzjonali, Inter ħabbru li l-kuntratt tad-direttur sportiv Beppe Marotta se jiġi estiż. Dan tal-aħħar mhux wiċċ ġdid għal dan it-tip ta’ rwol hekk kif qabel kien ukoll fl-amministrazzjoni ta’ Sampdoria u Juventus.
L-ogħla awtoritajiet ta’ Inter faħħru lil Marotta tal-viżjoni li għandu fejn għandu x’jaqsam plejers li jiġu akkwistati. Anke l-president Steven Zhang kellu kliem ta’ tifħir għalih.