Monday, December 23, 2024

Berġa tas-saħħa ġdida tal-ogħla livell ġewwa l-Ħamrun

Aqra wkoll

Is-Sindku tal-Ħamrun Chistian Sammut qal li waħda mill-aktar talbiet jew xewqat li l-Ħamruniżi dejjem xtaqu u dejjem kienu jkellmuh fuqha hi li jkollhom klinika fil-komunità/berġa ġdida fil-Ħamrun.

Sammut qal li jinsab kuntent li ħadmu ħafna biex llum se jkunu qegħdin jagħmlu pass ieħor il-quddiem fil-lokalità tagħhom fejn se jkunu qed jiftħu klinika fil-komunità ġdida tal-ogħla livell biex ir-residenti tal-Ħamrun u dawk tal-madwar jieħdu servizz aħjar. 

Din il-klinika se tkun ġewwa Daniels Mall fejn hi aċċessibli, bil-parkeġġ taħt l-art u ser tagħti diversi servizzi fosthom klinika tat-tabib tal-familja, klinika tal-infermiera, Patoloġija tal-lingwa mitkellma, Fiżjoterapija, Podjatrija, tehid tad-dehem u l-klinika tal-iskoljożi.

Sammut temm b’ringrazzjament lill-Kunsill Lokali Ħamrun, lill-ħaddiema tal-Kunsill, lill-Ministru Chris Fearne, lis-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, is-CEO Roseanne Camilleri u lill-Daniels Mall.

Ekonomija

Sport