Thursday, December 26, 2024

Bernard Grech elett mill-ġdid bħala Kap tal-PN

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin wara li għalqet il-votazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech reġa’ ġie elett biex jimla din il-kariga.

Skont ir-riżultat uffiċjali, kien hemm 1,390 vot validu li minnhom Grech kiseb 1,124 vot, filwaqt li kien hemm 266 vot kontra li hu jkompli jaqdi dan l-irwol.

It-turnout ta’ din il-votazzjoni kien ta’ 90 fil-mija hekk kif ivvutaw 1,402 minn fost l-1,564 Kunsillier tal-Kunsill Ġenerali li kienu eleġibbli f’dan il-proċess.

Kien hemm 15-il vot ta’ persuni li vvutaw bi proxy minħabba diversi kundizzjonijiet fosthom dawk li jinsabu msefrin minħabba mard.

Fl-aħħar ġimgħat Bernard Grech kien qiegħed jappella kontinwament lill-Kunsillieri tal-partit biex jagħtuh fiduċja biex ikun jista’ jsaħħaħ il-politika tal-partit. Grech kien qal li hu xtaq li jkun hemm kuntest minn xi ħadd ieħor li jidħol għal din il-kariga, iżda meta għalaq żmien in-nominazzjonijiet huwa kien iddikjara li issa li hemm hu biss, jeħtieġ li dawk eleġibbli jagħtuh il-fiduċja biex ikun jista’ jmexxi l-partit biex jifforma oppożizzjoni b’saħħitha.

Ekonomija

Sport