Il-Partit Nazzjonalista u Bernard Grech iridu li flus miġbura mit-taxxi f’pajjiżna jmorru biex jiġi ffinazjat il-pjan biljunarju tal-Ewropa biex jinxtraw l-armamenti. Grech iddikjara dan hekk kif għal darb’oħra ħareġ lin-nies fit-toroq tal-Belt, il-Ħadd waranofsinhar, u b’reazzjoni għall-aħħar summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, sostna li jkun għaqli li flusna jmorru fuq xiri ta’ armi anke għal armati ta pajjiżi oħra.
Bl-istess stil ta’ lingwaġġ ta’ Simon Busuttil, Bernard Grech infexx fis-soltu għajjat u isteriżmu li jrid minnu l-Kap de facto Karol Aquilina. Tant li f’ħin minnhom Grech ħawwad il-pajjiż li ma poġġiex ismu fil-konklużjonijiet tal-istess summit Ewropew meta semma lill-Bulgarija minflok l-Ungerija.
Dak li jġibu l-istunts politiċi li ma jkunux intiżi favur il-ġid tal-pajjiż iżda għar-rebħ ta’ punti partiġġjani biss. Min-naħa l-oħra Gvern Laburista jibqa’ kompost u b’għaqal ikompli jindirizza l-ħtiġijiet tal-pajjiż.
Il-Gvern ġab garanziji li flus il-poplu Malti jiddeċiedi kif jintużaw il-Gvern Malti u mhux imorru f’xi fond komuni biex jinxtraw armanenti għall-forzi armati barranin.
Il-Gvern ġab ukoll garanziji li pajjiżna ma jitgħabbix bi djun komuni li jsir għal din l-inizjattiva Ewropea, b’differenza għal dak li seħħ taħt Gvern Nazzjonalista meta pajjiżna spiċċa tgħabba bi kważi mitejn miljun ewro dejn biex banek Ewropej ma jitilfux flus meta l-Gvern Grieg ma setax iħallas id-dejn lura.