Friday, December 20, 2024

Bernard Grech jgħid li kien il-PN li tkellem l-ewwel dwar l-emenda li tirrikonoxxi l-femiċidju

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li ġie diskuss fil-bini tal-parlament huwa riżultat ta’ att orribbli li seħħ fl-ewwel lejl tas-sena. Grech qal li sfortunatament mara żagħżugħa li għażlet pajjiżna bħala darha, ntbagħtet lura pajjiżha f’tebut wara attakk li sar fi ġnien pubbliku, fi sbieħ il-jum u f’post li kellu jkun sigur. 

Huwa għażel li jaqsam ftit mill-emozzjonijiet li esperjenza wara l-qtil ta’ Paulina. Grech qal li bħala ġenitur ta’ ġuvni u tfajla, esperjenza emozzjonijiet differenti fil-familja tiegħu. Qal li sa 24 siegħa l-aħbar, bintu spiċċat maħkuma, tfittex, taqra u titkellem kwieta dwar dak li kien għadu kemm seħħ. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li għażel li jitkellem dwar dan l-abbozz biex juri li bħala Oppożizzjoni huma favur biex jaqbel li għandu jintbagħat messaġġ ċar lil min jipperpetwa dan l-abbuż, iżda wkoll messaġġ ċar li rridu nagħmlu pajjiż aktar sigur għal kulħadd.

Tkellem dwar il-bżonn ta’ bidla tanġibbli li tmur lil hinn mill-politika. Huwa kompla biex jgħid li huwa fatt li dan iż-żagħżugħ ma nqabadx mis-sistema u għalhekk forsi kieku dawn tħaddmu aħjar, kieku r-riżultat kien ikun wieħed inqas problematiku. Tkellem dwar il-possibbilità ta’ għassa aħjar f’postijiet fejn seħħ il-qtil li setgħu jibdlu l-eżitu ta’ dak li seħħ. Żied jitkellem dwar il-bżonn ta’ aktar edukazzjoni dwar dan is-suġġett ukoll.

“Paulina Dembska ma nqatlitx għax kien hemm liġi nieqsa. Hija nqatlet għax f’xi punt is-sistema li kellha tipproteġiha minflok fallietha. Paulina mhijiex l-unika persuna li s-sistema falliet. Is-sistema falliet għadd ta’ vittmi ta’ vjolenza domestika. Għadd ta’ vittmi ta’ stupru, abbuż u fastidju sesswali u għadd ta’ individwi li huma sfurzati jgħixu magħhom”, kompla Grech filwaqt li semma’ l-ismijiet ta’ għadd ta’ nisa li nqatlu brutalment f’pajjiżna fl-aħħar snin.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li kien wara li tkellem il-Partit Nazzjonalista, li l-Ministru konċernat aċċetta l li jisma’ lill-NGO’s li ilhom snin jesprimu x-xewqa li jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom.

Grech qal li kien il-Partit Nazzjonalista li kien l-ewwel partit li appella għal din il-liġi se jkun qiegħed jara kif din titjieb. Għamilha ċara li din hija biss frazzjoni minn dak li l-Oppożizzjoni qiegħda tistenna li jsir biex pajjiżna jsir aktar sigur.

Huwa tkellem dwar dawk li minkejja l-edukazzjoni, jigiċċaw mix-xibka u għalhekk jeħtieġ li dawn il-persuni jingħataw għajnuna biex jikkumbattu l-ġlieda mentali tagħhom biex inkunu nistgħu nipproteġu s-sigurtà pubblika.

Fost suġġerimenti oħra, Grech tkellem dwar żieda fid-dwal fit-toroq, l-għases miftuħin u jiżdiedu r-rondi anki mill-Pulizija tal-komunità.

Ekonomija

Sport