Monday, December 23, 2024

Bernard Grech jgħid li l-Gvern mhuwiex jagħti widen lill-esperti mediċi

Aqra wkoll

Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Gvrn qed jinjora l-pariri mogħtijin lilu mill-esperti mediċi, b’dan iwassal biex pajjiżna jkollu numru kbir ta’ każi ta’ Covid-19. Huwa qal dan waqt li kien qed jindirizza attività politika tal-Partit Nazzjonalista fil-Mosta.

Huwa tenna li l-Prim Ministru għandu jieqaf jgħid li se nkunu qed nirritornaw lura għan-normalità f’Mejju li ġej, aktar u aktar meta numru ta’ esperti mediċi qed jisħqu li ma jinsabux preparati.

Fl-istess waqt huwa kkritika r-rata ta’ vaċċinazzjoni f’Malta, u saħaq li l-vaċċinazzjoni f’pajjiżna qed issir wisq bil-mod.

Huwa tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista u tenna li l-PN qed jingħaqad u qed iġib flimkien lil diversi persuni.

Saħaq li dan qed iħasseb lill-Partit Laburista, u li għaldaqstant qed jirrikorri biex jagħmel stqarrijiet dwar l-abort, l-ewtanażja u l-kannabis.

Huwa kkritika wkoll l-ewwel sena ta’ Abela bħala Prim Ministru, bil-pandemija twassal biex fi żmien għaxar xhur biss jagħmel reshuffle tal-Kabinett.

Filwaqt li kkritika r-riżenja għall-għarrieda ta’ Gavina Gulia ftit mumenti biss wara li ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari, huwa ħeġġeġ lill-Prim Ministru biex jaħdmu flimkien b’mod matur.

Ekonomija

Sport