Saturday, December 21, 2024

Bernard Grech jgħid li l-PN fil-Gvern se jħalli aktar flus fil-but tan-nies

Aqra wkoll

Waqt djalogu fiż-Żejtun, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li meta l-partit jieħu l-gvern f’idejh se jkun qiegħed inaqqas it-taxxi għal kulħadd u għalhekk kulħadd se jkollu aktar flus fil-but.

Fl-istess diskors li għamel, Grech semma diversi miżuri li skont hu għandhom jiddaħlu mill-Gvern biex iċ-ċittadini jgħixu aħjar. Uħud mill-miżuri ilhom jiġu rrepeturi diversi snin mill-Partit Nazzjonalista fosthom dik li ż-żieda tal-għoli tal-ħajja ma tibqax tiġi ntaxxata.

Semma wkoll li l-Gvern fil-budget li jmiss għandu jnaqqas l-income tax għal kull min iħallasa filwaqt li jagħti tax credits credits lis-self-employed. Grech qal li l-Gvern għandu jikkonsidra l-proposti tal-Partit Nazzjonalista, u jekk Gvern Laburista mhux se jkun qiegħed jimplimenthom allura se jkun hu meta jkun fil-Gvern li jdaħħal dawn il-miżuri.

Għal darb’oħra l-Kap Nazzjonalista qal li l-Partit Laburista jinsab mifrud bi Prim Ministru li qiegħed ikollu jċedi għall-pressjoni li qed jagħmlu fuqu sħabu. Mill-ġdid reġa’ semma l-każ ta’ Jean Paul Sofia li qal li l-Gvern biddel il-pożizzjoni tiegħu grazzi għall-Partit Nazzjonalista.

Skont il-kelliem illum il-ġurnata kulħadd qiegħed jifhem il-proposti tal-Partit Nazzjonalista u kulħadd qiegħed jaqbel magħhom.

Ekonomija

Sport