Sunday, November 24, 2024

Bernard Grech jikkritika l-pjan il-ġdid tal-AirMalta “għax hu wisq perfett”

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u mexxej tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-pjan li ġie ppreżentat mill-Ministru Clyde Caruana dwar l-AirMalta “hu wisq perfett biex ikun reali”. Sostna li jixtieq li kieku dak il-pjan ikun ta’ suċċess, iżda fil-ħajja skont Bernard Grech mhux kollox dejjem imur kif ippjanat.

Grech qal dan waqt li kien qiegħed jiġi intervistat fuq l-istazzjoni televiżiv tal-PN meta rrefera wkoll għal 2012 meta t-tmexxija tal-pajjiż kienet f’idejn Lawrance Gonzi fejn qal li dakinhar ukoll ipprovaw ibiddlu r-rotta tal-linja tal-ajru minkejja l-pressjoni ekonomika li kien hemm madwar id-dinja l-aktar minħabba l-prezz taż-żejt.

Minkejja li Bernard Grech jaf li l-problemi fl-AirMalta bdew taħt it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, xorta waħda baqa’ jinsisti li kien Gvern Laburista li falla lil-linja nazzjonali tal-ajru.

Meta tkellem dwar l-ekonomija, qal li l-PN għandu mudell ekonomiku ġdid għall-pajjiż. Semma setturi ġodda li skont hu se jħallu impatt pożittiv fl-ekonomija tal-pajjiż.

Sport