Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech reġa’ rriżulta negattiv għal test ieħor għall-coronavirus.
Dan kien it-tieni test negattiv li għamel Grech wara test ieħor li sarlu nhar l-Erbgħa li għadda u wara li kien iżolat b’mod prekawzjonali.
Fuq parir tal-professjonisti mediċi li qed jassistuh, Bernard Grech issa jista’ jkompli bil-kampanja elettorali għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN.
Intant il-mara tiegħu, Annemarie, għadha fi kwarantina u tinsab fi stat tajjeb ta’ saħħa.