Tuesday, December 17, 2024

“Bernard Grech sieket dwar il-gidba ċċertifikata tal-MPE tiegħu”- Il-Partit Laburista

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista jistenna li l-Membru Parlamentari Ewropew (MPE) tal-Partit Nazzjonalista (PN) jagħmel apoloġija pubblika wara li nqabad jigdeb mill-Aġenzija Ewropea Kontra l-Frodi (OLAF).

L-MPE tal-PN Agius instab li għamel allegazzjonijiet infondati, wara investigazzjoni li saret mill-OLAF u ma sabet l-ebda lok sabiex tinvestiga l-allegat abbuż fl-użu ta’ fondi Ewropej għall-bini ta’ razzett tan-nagħaġ. Għall-Partit Laburista, din l-imġieba mhix aċċettabbli minn MPE tal-PN.

Wieħed jistenna li Bernard Grech ma jibqax sieket quddiem gidba minn MPE tiegħu u jġiegħlu jagħmel apoloġija. Din hija l-inqas ħaġa li jista’ jagħmel Grech jekk irid juri li jmexxi hu, u mhux imġiegħel imexxi kif jgħidulu.

Il-poplu Malti u Għawdxi jistenna iktar serjetà mir-rappreżentanti tiegħu fil-ħidma tagħhom, kemm f’Malta, kif ukoll fil-fora internazzjonali.

Ekonomija

Sport