Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech u martu Anne Marie se jkollhom iqattgħu dawn il-jiem ta’ festa fi kwarantina wara li possibbilment setgħu ġew f’kuntatt ma’ persuni infettati bil-Covid-19.
F’kumment fuq il-midja soċjali, Grech qal li student u learning support assistant fl-iskola fejn taħdem martu rriżultaw pożittivi għall-cirus.
Għaldaqstant Grech qal li flimkien ma’ martu se jkun qed josserva l-kwarantina mandatorja sal-1 ta’ Jannar.
Grech qal li “il-preżenza fiżika tagħna f’dawn il-jiem qiegħda tiġi sospiża għalkemm se titkompla b’mod virtwali.”
Huwa temm il-messaġġ billi appella lil kulħadd biex ikompli jsegwi d-direttivi tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, partikolarment f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.