Sunday, November 24, 2024

“Bernard Grech żamm id-dejn tal-PN kostanti mingħajr ma biegħ każini”

Il-Partit Nazzjonalista

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa, il-Partit Nazzjonalista ċaħad kategorikament l-istorja ppublikata fil-gazzetta Illum fejn ġie rrapurtat li d-dejn tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar sentejn żdied bi tmien miljun ewro.

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li ċ-ċifra ta’ €24 miljun kwotata mill-gazzetta hi biss id-dejn tal-Partit Nazzjonalista. L-ammont imsemmi mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien jinkludi d-dejn akkumulattiv, jiġifieri dak tal-Partit Nazzjonalista u l-kumpanji tiegħu.

L-istqarrija tkompli li meta laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, minkejja id-diffikultajiet finanzjarji li sab, żamm id-dejn tal-Partit Nazzjonalista kostanti mingħajr ma biegħ każini, minkejja li kien hemm elezzjoni ġenerali.

Il-Partit Nazzjonalista fakkar li fid-diskors fl-ewwel sessjoni tal-Kunsill Ġenerali Bernard Grech kellu l-kuraġġ li jgħid il-verità kollha u poġġa l-karti kollha fuq il-mejda, biex din il-problema li ilha tikber matul ħafna snin ma tibqax mażra m’għonq il-Partit.

Sport