Bernardo Silva għadu ħerqan li jitlaq lil Manchester City.
Il-manager tas-Citizens Pep Guardiola żvela matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li l-internazzjonali Portugiż kien informa lill-club bix-xewqa tiegħu li jitlaq.
L-iskadenza għaddiet bl-attakkant versatili li għadu f’Manchester, iżda huwa kien player importanti għaċ-champions Ingliżi f’dan l-istaġun sa issa, fejn għamel ħames dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha.
Il-player ta’ 27 sena, li kien marbut kemm ma’ Atletico Madrid kif ukoll ma’ Barcelona, għad fadallu erba’ snin fil-kuntratt tiegħu fl-Etihad Stadium.
Madankollu, il-Portugiż jibqa’ ħerqan li jitlaq lilMan City fl-2022, peress li ma jħossux ġewwa daru f’Manchester.
Silva – li ġie marbut ukoll ma’ Tottenham Hotspur matul it-tieqa tat-trasferimenti reċenti – huwa ħerqan li jkun eqreb tal-familja tiegħu.
L-attakkant skorja 36 goal u rreġistra 44 assist f’206 dehra għal Man City sa minn meta ngħaqad magħhom mingħand Monaco f’Lulju 2017.