L-attakkant ta’ Manchester City, Bernardo Silva, żvela li jrid jirritorna l-Portugall “fi żmien sena jew sentejn oħra”.
L-internazzjonali Portugiż esprima x-xewqa tiegġu li jħalli l-Etihad Stadium fis-sajf li għadda għal raġunijiet personali iżda fl-aħħar mill-aħħar baqa’ mas-Ċitizens u kien player vitali għall-club f’dan l-istaġun.
Silva huwa maħsub li mhux kuntent bl-istil ta’ ħajja ġenerali tiegħu fl-Ingilterra, madankollu, u l-player ta’ 27 sena ammetta li jrid jirritorna f’pajjiżu fil-futur qrib, potenzjalment biex jerġa’ jingħaqad ma’ Benfica.
Il-player ta’ 27 sena kien vitali għas-suċċess ta’ Manchester City dan l-istaġun, fejn għamel 38 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja 10 goals u pprovda erba’ assists fil-proċess.
Silva daħal permezz tas-sistema taż-żgħażagħ ma’ Benfica qabel ma rrappreżenta l-ewwel team tagħhom fi tliet okkażjonijiet qabel ma ngħaqad ma’ Monaco.
L-attakkant versatili rebaħ tliet titli tal-Premier League, FA Cup waħda u erba’ trofej tal-League Cup matul iż-żmien tiegħu fl-Etihad Stadium, u fil-proċess għamel 239 dehra għas-Citizens.