Bernardo Silva ilu fil-mira ta’ Barcelona għal diversi ġimgħat, għalkemm bit-tluq imminenti ta’ Ousmane Dembele lejn Paris St-Germain, hemm ċans (għalkemm, wieħed remot ħafna) li Manchester City jippermettu t-trasferiment lejn il-Katalunja.
Madankollu, din tidher li hija possibbiltà kif indikat minn MD. Ines Degener, is-sieħba tal-Portugiż, meta attendiet għall-festin tal-addio għal Ilkay Gundogan u Riyad Mahrez, b’Gundogan diġà ingħaqad ma’ Barcelona.
F’kitba fuq Instagram, Degener awgurat lis-sieħba kemm ta’ Gundogan kif ukoll ta’ Mahrez, fejn stqarret li “l-addio qatt mhu faċli. Se nimmissja ħafna n-nuqqas tagħkom.”
Trasferiment għal Bernardo qed jiġi meqjus bħala estremament diffiċli għal Barcelona minħabba l-finanzi li jkunu nvoluti. Dan l-aħħar żvilupp jista’ jfisser li l-player innifsu ma jistenniex li jitlaq lil Manchester City dan is- sajf, speċjalment bil-Premier League ġimgħa biss bogħod mill-ftuħ tiegħu.