L-Ex Chairman tal-Formula Wieħed, Bernie Ecclestone, ġie arrestat fil-Brażil meta qabel rikeb l-ajruplan privat tiegħu nstab li kien qed iġorr arma tan-nar.
Fi stqarrija, il-pulizija qalet li l-arma li nstabet ma kinitx dokumentata u ntlemħet mill-x-ray screening f’waħda mill-bagalji tiegħu.
Huwa sostna li kien konxju mill-pussess tal-arma tan-nar iżda ma kienx jaf li kienet fil-bagalja tiegħu.
Wara ftit ġie rilaxxat fuq pleġġ fejn seta’ jivvjaġġa lejn l-Iżvizzera.
Ecclestone, li għandu 91 sena, huwa miżżewweġ lill-Brażiljana Fabiana Ecclestone, li hija viċi president tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobiliżmu u membru tal-Kunsill tal-Motorsport Dinji. Hija għandha 44 sena.