Besiktas tat-Turkija kitbu uffiċjalment lil Manchester United sabiex jakkwistaw fuq bażi ta’ self lill-attakkant żagħżugħ Mason Greenwood. Dan tal-aħħar ilu ma jilgħab logħba kompetittiva sa minn Jannar 2022 wara l-akkużi ta’ stupru li nġiebu kontrih għalkemm dan kollu ġie rtirat. Minkejja kollox ir-Red Devils donnhom ħaslu idejhom u tefgħuh fuq il-lista ta’ plejers li se jitilqu lill-klabb.
Min-naħa tagħhom, Besiktas iriduh b’self sabiex jaraw x’impatt se jħalli mal-klabb u fuq kollox mal-partitarji akkaniti tagħhom.