PROGRAMM TAL-MAĠI F’MALTA
Hekk kif ninsabu fi tmiem tal-attività tal-presepju ħaj ta’ Bethlehem f’Għajnsielem, bħala parti mit-tradizzjoni, f’Jum l-Epifanija ssir l-attività tas-Slaten Maġi bejn is-Sibt 3 ta’ Jannar u l-Ħadd 4 ta’ Jannar. Għal darb’oħra din ser issir minn sinerġija ta’ rħula Maltin bl-attivitajiet mifruxin fuq jumejn.

MESSAĠĠ MIT-TFAL TA’ KURAĠĠ U SOLIDARJETÀ
Din is-sena, il-Vjaġġ tal-Maġi se jkollu inizjattiva ġdida. Minbarra li, kif isir kull sena, jitwassal messaġġ ta’ tama, ferħ u paċi f’kull lokalità li jżuru, qed jistiednu wkoll lit-tfal kollha – u lil kull min jixtieq – biex jiktbu messaġġ. Il-messaġġ jista’ jkun ta’ kuraġġ, solidarjetà, paċi, jew riflessjoni dwar il-gwerer jew kwalunkwe tema oħra li jqisu importanti. Dawn il-messaġġi jistgħu jingħataw lill-Maġi jew jittieħdu Bethlehem f’Għajnsielem. Wara, se jinġabru dawn il-messaġġi kollha u jintbagħtu l-Vatikan biex ikunu jistgħu jaslu għand il-Papa Ljun XIV.

L-AĦĦAR ĠRANET TAL-ANIMAZZJONI
Sadanittant, Bethlehem f’Għajnsielem se jkun qed jiftaħ il-Ħamis 1 ta’ Jannar, il-Ġimgħa 2 ta’ Jannar u l-Ħadd 4 ta’ Jannar. Bethlehem f’Għajnsielem huwa organizzat mill-Kunsill Lokali t’Għajnsielem bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Drammatika Għajnsielem u bis-sapport tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, is-Segretarjat Parlamentari għal-Gvern Lokali u Visit Malta.

Programm Dettaljat tal-Maġi
Is-Sibt, 3 ta’ Jannar 2025
11.30 a.m. – Żjara lil President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono – Palazz ta’ Sant’Anton;
1.30 p.m. – Żjara lil ħabsin fil-Korrettiva ta’ Kordin, Paola;
3.30 p.m. – Dar tal-Providenza, Siġġiewi;
5.15 p.m. – Ħal Qormi – Paroċċa ta’ San Bastjan u 5.45 p.m. – Parocċċa ta’ San Ġorġ.

Il-Ħadd, 4 ta’ Jannar 2025
9.00 a.m. – Tluq mill-Imġarr (Malta)
10.15 a.m. – Dar tal-anzjani Mellieħa
11.30 a.m. – Attività fil-‘Misraħ il-Parroċċa’, Mellieħa
12.00 p.m. – Tluq lejn iċ-Ċirkewwa fuq iż-żwiemel
2.15 p.m. – Tluq bil-vapur tal-Gozo Channel
3.00 p.m. – Tluq mill-Port tal-Imġarr
3.15 p.m. – Waqfa f’Dar San Ġużepp tal-Anzjani u Arka
3.45 p.m. – Dħul trijunfali fil-villaġġ tan-Natività Bethlehem f’Għajnsielem


