Sunday, December 22, 2024

Betlehem f’Għajnsielem b’differenza wara assenza ta’ sena

Aqra wkoll

Wara assenza ta’ sena, u minkejja r-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija tal-Covid-19, f’dawn iż-żminijiet tal-festi dawk kollha li jitilgħu Għawdex jistgħu jgawdu minn esperjenza unika fiż-żona Ta’ Passi.

Dan hekk kif ilbieraħ, wara ġimgħat ta’ xogħol flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, ġiet imnedija uffiċjalment it-12-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajsielem, il-presepju ħaj mifrux fuq medda ta’ 25,000 metru kwadru li għal darb’oħra se joffri esperjenza unika tal-istorja tan-natività. 

Wieħed jista’ jżur dan ix-xogħol mill-aqwa fit-18, 19, 26, 27, 28 ta’ Diċembruu u fl-1 u 2 ta’ Jannar.

Minħabba ċ-ċirkustanzi, din l-edizzjoni se tkun differenti mis-soltu. Il-viżitaturi se jkunu meħtieġa jibbukjaw online fuq www.ghajnsielem.com/bethlehem u jippreżentaw ċ-ċertifikat tal-vaċċin mad-dħul (tfal taħt it-12-il sena m’hemmx għalfejn jippreżentaw ċertifikat iżda jridu jibbukjaw xorta).

L-esperjenza ta’ walk-thru se tkun twila madwar 30 minuta filwaqt li l-viżitaturi jridu jilbsu l-maskla l-ħin kollu u ma jistgħux jirritornaw lura. 

Filwaqt li rringrazzja lil kull min ta sehmu biex din l-esperjenza terġa’ ssir, il-Ministru għall-Għawdex Clint Camilleri qal li snajja, tradizzjonijiet, ikel, ħwawar u bhejjem huma lkoll parti minn din il-walk through f’ambjent mill-isbaħ. 

Ekonomija

Sport