Sunday, November 17, 2024

Bħal-lum 10 snin ilu … jinkiser ir-rekord mondjali tat-800 metru

Aqra wkoll

Bħal-lum 10 snin ilu, eżattament fid-9 ta’ Awwissu, 2012, inkiser ir-rekord tad-dinja tat-800 metru.

Dan ġie reġistrat mill-Kenjan, David Lekuta Rudisha, fl-Olimpjadi ta’ Londra. Din kienet meqjusa bħala l-aqwa tellieqa ta’ kull żmien.

Il-ħin kien dak ta’ minuta u 40.91 sekondi. Rudisha mill-ewwel bena vantaġġ li baqa’ jżidu sat-tmiem biex wera l-potenzjal tiegħu.

Huwa kiser ir-rekord tiegħu stess li kien waqqaf fl-2010, f’ħin ta’ 1:42.12, f’Nairobi.

Ekonomija

Sport