Friday, December 13, 2024

Bħal lum 10 snin in-Norveġja sofriet l-attakk terrostiku minn Breivik li ħalla 77 mejta

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kien bħal lum, 22 ta’ Lulju meta in-Norveġja intlaqtet minn żewġ attakki terroristiċi. L-attakki twettqu minn Anders Behring Breivik.  Wieħed mill-attakki kien fuq kamp tas-sajf tal-Workers Youth League. F’dan l-attakk mietu 77 persuna.

L-ewwel attakk sar b’karozza bomba f’Oslo. Il-bomba tpoġġiet f’vann qrib l-uffiċċju tal-Prim Ministru Norveġiż.  Din isplużjoni qatlet tmien persuni u feriet madwar 209 persuna.

Sagħtejn wara Andeers Behring Breivik, wettaq attakk ieħor f’Utoya. Breivik kien libes ta’ Pulizija, wera identifikazzjoni falza u irnexxiela jitla’ fuq dgħajsa li marret fil-gżira fejn kien hemm il-youth camp.  Hu fetaħ in0-nar fuq il-parteċipanti. 

Breitvik kien attivist tal-lemin estrem Norveġiż. Hu kien ingħata sentenza ta’ 21 ħabs, li hi s-sentenza massima fin-Norveġja.  Is-sentenza tista’ tkun estiża b’mod indefinit, jekk il-priġunier ikun meqjus bħala theddida għas-soċjetà.

Ekonomija

Sport