Monday, December 23, 2024

Bħal-lum 122 sena ilu … jingħata bidu għad-Davis Cup tat-tennis

Aqra wkoll

Bħal-lum 122 sena ilu, eżattament fit-8 ta’ Awwissu, 1900, ingħata bidu għad-Davis Cup tat-tennis.

Din il-kompetizzjoni ġiet imwaqqfa mill-president tal-Lawn Tennis Clun tal-Istati Uniti, James Dwight, wara li l-Assoċjazzjoni kienet ġiet imwaqqaf fl-1881.

L-idea ta’ din il-kompetizzjoni kienet biex l-aqwa tennisti ta’ dik l-epoka jilagħbu kontra dawk Britanniċi. Din oriġinat wara li saru logħbiet internazzjonali bejn tennisti Ingliżi u Irlandiżi.

L-ewwel logħba bejn l-Istati Uniti u l-Ingilterra saret f’Longwood Cricket Club in Boston, f’Massachusetts. L-Amerikani ssorprendew lill-aversarji meta rebħu l-ewwel tliet logħbiet biex rebħu wkoll l-ewwel tournament.

Fis-sena ta’ wara l-kompetizzjoni ma saritx iżda u fl-1902 reġgħu kienu l-Amerikani li ħarġu rebbieħa. Peró l-Ingliżi rebħu l-erba’ tournaments sussegwenti.

Din il-kompetizzjoni tant kemm kibret matul is-snin li sal-2016 kienu qed jieħdu sehem 135 nazzjon … bl-Amerikani l-aktar li rebħuha b’total ta’ 32 titlu, segwiti mill-Awstraljani bi 28 rebħa.

Ekonomija

Sport