Tuesday, January 13, 2026

Bħal-lum 14-il sena… kien seħħ l-inċident tal-Bastiment Costa Concordia

Aqra wkoll

Kien eżatt fit-13 ta’ Jannar tal-2012 meta l-bastiment Costa Concordia kien inkalja ħdejn Isola Del Giglio fl-Italja. Kien wieħed mill-agħar diżastri marittimi fl-Italja li fih kienu tilfu ħajjithom 32 persuna fosthom ħames membri tal-ekwipaġġ.

Investigazzjoni kienu ffukaw fuq nuqqasijiet fil-proċeduri segwiti mill-ekwipaġġ tal-Costa Concordia u l-azzjonijiet tal-kaptan tagħha, Francesco Schettino, li telaq mill-vapur qabel għeruq. Huwa ħalla madwar 300 passiġġier abbord il-bastiment li kien qed jegħreq, li ħafna minnhom ġew salvati b’ħelikopter jew dgħajjes tas-salvataġġ. Schettino nstab ħati ta’ qtil involontarju u ngħata sentenza ta’ 16-il sena ħabs. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport