Friday, February 21, 2025

Bħal-lum 17-l sena mietet Ġemma Portelli

Aqra wkoll

Bħal-lum 17-il sena mietet l-attriċi Ġemma Portelli fl-età ta’ 75 sena. Hija tibqa’ waħda mill-aqwa atturi li qatt ra l-pajjiż fejn l-aktar karattur popolari li qatt interpretat kien dak ta’ Ġoma f’Baħar Wieħed.

Portelli kienet kisbet l-edukazzjoni tagħha fis-St Joseph High School fir-Rabat u aktar tard fis-St Catherine High School f’Tas-Sliema.

B’kollox Ġemma kellha 11 ħutha li tlieta minnhom mietu mat-twelid.

Hija kienet miżżewġa lil Paul u kellhom żewġ ulied, Martin li kien twieled fl-1963 u Cora li twieldet l-1966.

Kien fis-sena 2000 meta Ġemma Portelli ngħatat il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika u xhur qabel ma mietet ġiet rikonoxxuta bl-unur Charles Arrigo Lifetime Achievement Award waqt il-Malta Television Awards.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport