Bħalissa bosta persuni li jsegwu mill-qrib l-andament tal-Eurovision Song Contest qegħdin ffukati fuq il-vjaġġ tal-kantanta Maltija Emma Muscat f’Turin.
Fatt interessanti huwa li ħal-lum 24 sena, proprju fid-9 ta’ Mejju 1998, Malta kienet ftit biss ‘il bogħod mir-rebħ ta’ dan il-festival.
Dakinhar il-kantanta bravissima Chiara kantat il-kanzunetta ‘The One That I Love’ u rnexxielha tikseb 165 punt, megħluba fl-aħħar punti mogħtija favur l-Iżrael irrapreżentati minn Dana International bil-kanzunetta ‘Diva’ li ġabet total ta’ 172 punt.