Fl-24 ta’ Marzu tas-sena 1999, in-NATO attakkat il-Jugoslavja. In-NATO wettqet kampanja ta’ bumbardament mill-ajru kontra Jugoslavja matul il-Gwerra tal-Kosovo. L-attakki mill-ajru damu mill-24 ta’ Marzu 1999 sal-10 ta’ Ġunju 1999.
Il-bumbardamenti komplew sakemm intlaħaq ftehim li wassal għall-irtirar tal-armata Jugoslava mill-Kosovo, u t-twaqqif tal-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Interim tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo, missjoni ta’ żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo.

