Kien eżatt fid-9.34am tal-31 ta’ Diċembru tal-2022 meta mill-Monasteru Mater Ecclesiae fil-Vatikan kienet ingħata l-aħbar li Papa Benedittu XVI kien miet.
Il-funeral tiegħu kien sar fil-5 ta’ Jannar tal-2023, iżda bejn it-2 u l-4 ta’ Jannar il-katavru tiegħu kien qiegħed ‘lay in state’ fil-Bażilika ta’ San Pietru. Jingħad li aktar minn 195,000 persuna marru jsellmu lil Benedittu XVI li kien irriżenja mill-kariga ta’ Papa fl-2013 wara li saħħtu bdiet tmur lura.


