Sunday, November 24, 2024

Bħal-lum 70 sena ħass il-vokazzjoni biex isir saċerdot … qabel mar festin

Aqra wkoll

Kien fil-21 ta’ Settembru tal-1953 – 70 sena ilu – meta Jorge Mario Bergoglio ħass għall-ewwel darba l-vokazzjoni tiegħu biex isir saċerdot. Illum 70 sena wara Papa Franġisku hu l-kap tal-Knisja Kattolika.

Bergoglio jirrakkonta u anke qed jiġi rrapportat fil-midja tal-Vatikan, li qabel ma attenda għal festin kien mar iqerr u kien f’dan il-mumenti li esperjenza s-sejħa biex jagħti lilu nnifsu għal Knisja ta’ Kristu.

Dakinhar Jorge Mario Bergoglio kellu biss 17-il sena fejn imbgħad fil-11 ta’ Marzu tal-1958 daħal fin-Novizjat tal-patrijiet Ġiżwiti. Kien fit-13 ta’ Diċembru, ftit jiem biss qabel għalaq 33 sena li ġie ordnat saċerdot.

Fl-Arġentina l-21 ta’ Settembru hija l-festa ddedikata lill-istudenti, filwaqt li għal knisja hija l-festa ta’ San Mattew. Kien fl-2013 meta l-Papa nnifsu għall-ewwel darba rrakkonta dak li kien ġara fl-1953.

“Qabel ma mort festin ta’ ġuvni li kont, għaddejt minn quddiem knisja u sibt qassis li qatt qabel ma kont rajt. Ħassejt fiha li kelli nqerr. Bħal ħassejt li xi ħadd kien qiegħed jistennieni … ma nafx x’ġara eżatt ma niftakarx … lanqas naf għaliex il-qassis kien qiegħed hemm dak il-ħin li nerġa’ ngħid qatt ma kont rajtu qabel. Iżda l-verita hija li dan il-qassis kien qiegħed jistennieni. Wara li qarrejt ħassejt xi ħaġa li biddlitni. Ma bqajtx l-istess. Smajt xi ħaġa bħal vuċi … kont konvint li jien kelli nieħu t-triq tas-saċerdozju. Din hija esperjenza sabiħa mmens fil-fidi tiegħi,” irrakkonta Papa Franġisku fit-18 ta’ Mejju waqt il-vġili ta’ Pentekoste tal-2013.

Sport