Saturday, October 26, 2024

Bħal-lum 96 sena ilu ….

Aqra wkoll

Bħal-lum 96 sena ilu, eżattament fis-6 ta’ Awwissu, 1926, l-Amerikana Gertrude Ederle, ta’ 19-il sena,  saret l-ewwel mara li għamet il-Kanal Ingliż meta ħadet ftit inqas minn 15-il siegħa.

Il-ħin tagħha kien aħjar minn ħames għawwiema maskili li kienu diġá qasmu dan il-baħar. 

Din it-tfajla minn New York kienet ta’ ispirazzjoni kbira għan-nisa hekk kif id-dinja kienet għadha taħt l-effett tad-dipressjoni tal-Gwerra l-Kbira.

Il-ħinijiet ta’ dawk li qasmu l-Kanal Ingliż kienu:

1875  – Captain Webb – 21 siegħa u 45 minuta

1911  – Burgess – 21 siegħa u 35 minuta.

1923  – Sullivan –  26 siegħa u 50 minuta

1923 – Tiraboschi – 16-il siegħa u 33 minuta

1923 – Toth – 16-il siegħa u 54 minuta

1926 – Gertrude Ederle – 14-il siegħa u 45 minuta

Ta’ min jgħid ukoll li dan kien it-tieni tentattiv ta’ Ederle meta, f’Awwissu 1925, hija ppruvat taqsam il-Kanal iżda wara 10 mili kellha tirtira minħabba baħar qawwi.

Sport