Wednesday, April 1, 2026

Bħal-lum intemmet il-gwerra ċivili Spanjola… ta’ kontra l-faxxiżmu wara spiċċaw għenu għall-ħelsien ta’ Franza

Aqra wkoll

Bħal-lum, l-1 ta’ April 1939, intemmet il-gwerra ċivili Spanjola, b’rebħa għall-Ġeneral Franco u l-forzi Nazzjonalisti tiegħu.

Il-ħaddiema, organizzati fil-biċċa l-kbira fl-għaqdiet anarkisti CNT u l-unjins soċjalisti, kienu nidew rivoluzzjoni soċjali fl-1936 imma wara kważi tliet  snin ta’ ġlied qawwi, eventwalment il-forzi  ta’ kontra l-faxxisti sfaw megħluba.

Filwaqt li l-“alleati demokratiċi” tar-Repubblika bħar-Renju Unit imblukkaw lil Spanja, kien hemm  għajnuna militari għall-faxxisti Spanjoli mill-Ġermanja Nażista u l-Italja Faxxista.

Wara mijiet ta’ eluf ta’ mwiet, ħafna mill-anti-faxxisti li kien fadal kellhom jaħarbu mill-pajjiż biex jevitaw l-qtil li massa. Ir-refuġjati Spanjoli ġew internati f’kampijiet ta’ konċentrament fi Franza, li mbagħad ġew taħt il-kontroll Nażista waqt l-okkupazzjoni Ġermaniża.

Ġara iżda li għadd kbir ta ‘veterani tal-gwerra ċivili Spanjola ingħaqdu ma’ movimenti ta’ reżistenza u għenu fil-ħelsien ta’ Franza.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport