Bħal-lum, 9 ta’ April tal-1969 kienet saret l-ewwel titjira tal-Concorde 002. Din kienet saret minn Filton għal RAF Fairford.

Il-pilota kien Brian Tubshaw u minn Filton qrib Bristol, il-Concorde tar għal 22 minuta. Din kienet prova ta’ dan l-ajruplan li llum m’għadux jintuża biex b’hekk setgħu jsiru 16-il Concorde li kienu jintużaw minn Air France u l-British Airways.
Permezz ta’ dan l-ajruplan titjira bejn ir-Renju Unit jew Pariġi lejn New York fl-Istati Uniti kienet iddum biss madwar 3 sigħat.

