Bħal-lum 13 ta’ Awwissu tas-sena 1880, twieldet fi Glasgow Mary Macarthur, organizzatur ta’ trade union u attivista li ħadmet ħafna għad-drittijiet tan-nisa.
Hi waqqfet il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Ħaddiema Nisa u għamlet l-istrajk li fih xejn inqas minn 2,000 mara waqfu mix-xogħol f’Londra fis-sena 1911.
Macarthur, kienet attivista u opponiet bil-kbir l-Ewwel Gwerra Dinjija u opponiet bil-kbir li d-dritt tal-vot jingħata biss lil nisa sinjuri. Din l-oppożizzjoni ma tantx għamlitha popolari ma’ persuni tal-klassi tan-nofs fil-moviment li riedu li d-dritt tal-vot ikunu għal nisa li għandhom proprjetà.