Tuesday, May 14, 2024

“Bħala Gvern ħadna u se nkomplu nieħdu passi fl-isfond taż-żieda tal-prezzijiet” – il-Ministru Bartolo

Aqra wkoll

Il-Ministru Evarist Bartolo assigura li bħala Gvern ħadu, qed jieħdu u se jkomplu jieħdu l-passi li hemm bżonn fl-isfond taż-żieda tal-prezzijiet li d-dinja ilha ma tara bħalha.

Permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali, il-Ministru Bartolo qal li pajjiżna qed jintlaqat ħafna minn din il-gwerra: politikament u ekonomikament. 

Żied jgħid li aħna ninsabu fid-dinja u ħajjitna tiddependi mir-rabtiet tagħna mal-bqija tad-dinja, fejn nixtru kważi kollox minn barra u nbiegħu kważi kollox barra. 

“Il-Gwerra fl-Ukranja qed iżżid l-għoli tal-ħajja li diġà sploda bil-pandemija. Il-prezz tal-enerġija, it-trasport, l-ikel, il-metal u l-microchips. Dawn il-prezzijiet għoljin qed jolqtuna u se jkomplu jolqtuna bħall-bqija tad-dinja,” qal il-Ministru.

Temm jgħid: “Bħala Gvern iżda ħadna, qed nieħdu u se nkomplu nieħdu l-passi li hemm bżonn biex ma jweġġgħux il-familji u n-negozji b’din iż-żieda ta’ prezzijiet li d-dinja ilha ma tara bħalha.”

Sport