Minn Cris Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn meta kont żgħir meta bdejt nilgħab mat-tim ta’ Mtarfa FC u li missieri kien jilgħab qabli dik ħeġġitni iktar biex insir inħobb il-futbol.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Naxxar Lions FC.
L-esperjenza tiegħi man-Naxxar sa issa kienet waħda tajba u ta’ success. Din kienet l-ewwel sena tiegħi ma’ Naxxar u rnexxielna nirbħu l-kampjonat, kif ukoll kelli ċ- ċans nilgħab mat-tim tal-kbar.
X’taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess wara r-rebħ tal-Kampjonat ta’ Sezzjoni A tal-Minors minn Naxxar Lions FC?
Jiena naħseb li waħda mir-raġunijiet għar-rebħ tal-kampjonat kienet l-għaqda bejn il-plejers u l-istaff kollu kif ukoll il-kwalitá tal-iskwadra kollha.
X’tikkummenta fuq il-kowċ, Etienne Vella?
Il-kowċ Etienne Vella kien dik il-persuna li ħeġġiġni biex niġi man-Naxxar u hu vera għenni nagħmel il-pass li jmiss ‘il quddiem.
Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li ġej?
Bħala Naxxar Lions FC, irridu nkomplu fuq li ħallejna s-sena l-oħra biex inkomplu mexjin ‘il quddiem!
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jilgħab il-futbol.
Il-futbol huwa sabiħ għax iżżomm ruħek attiv kif ukoll narah li jgħaqqad ħafna nies flimkien. Permezz tiegħu tiltaqa’ ma’ nies diferenti u taħdem ma’ nies diferenti u dik għalija hija xi ħaġa vera sabiħa!