Monday, August 4, 2025

‘Bħala plejer, l-attitudni hija xi ħaġa importanti ħafna, u li tirrispetta lil kull min huwa involut fil-logħba u lil ta’ madwarek’ – Keith Darmanin

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet fit-toroq tal-Birgu fejn f’kull spazju li konna nsibu konna nilagħbu l-futbol … kien żmien mill-isbaħ!

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek bħala kowċ ta’ Xghajra Tornadoes FC. U x’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?

L-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda kien wieħed pożittiv ħafna. L-għanijiet tagħna kienu li nispiċċaw mal-ewwel sitt timijiet. Għalkemm kien wieħed diffiċli irnexxielna flimkien mal-plejers, nagħmlu staġun tajjeb.

Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li ġej?

L-istaġun li ġej ħa jkun it-tielet staġun tagħna, u qed inħarsu lejh b’enerġija li ħa nkomplu nibnu fuq ix-xogħol tajjeb li diġá sar. Ħa jkun staġun ferm diffiċli imma mhux impossibli għal tim żgħir bħal tagħna li l-ewwel għan tagħna hu li nżommu postna f’din id-divizjoni. Wara li kellna staġun pożittiv u għollejna l-isem tal-klabb ‘il fuq, l-għan tagħna ħa jkun li nibqgħu naħdmu mal-president ħabrieki tagħna, u nibqgħu ngħollu isem il-klabb ‘il fuq kemm nistgħu!

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?

Il-futbol Malti fil-preżent naħseb li għamel progress imma għad baqa’ ħafna xogħol xi jsir. Fil-passat naħseb li l-imħabba Iejn il-logħba kienet ħafna iktar. Il-futbol inbidel f’ħafna aspetti matul iż-żmien. Fi żmieni ftit kien hawn tagħlim u faċilitajiet, imma kien hawn iktar passjoni lejn il-logħba.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Bħala grawnds sar ħafna xogħol u progress. Jien niftakar nilagħbu u nittrenjaw fuq ir-ramel. IIlum hawn ħafna iktar faċilitajiet fejn klabbs jistgħu jittrenjaw u jilagħbu.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Qed inħares lejn il-futur tiegħi fil-futbol bħala wieħed pożittiv. L-għan tiegħi huwa li nkompli nitgħallem u ngħaddi t-tagħlim tiegħi lill-plejers bil-passjoni lejn din il-logħba li tant għandi għal qalbi!

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-messaġġ tiegħi lejn min jixtieq jagħmel karriera fil-futbol huwa li biex tirnexi fil-futbol, trid tagħmel ħafna sagrifiċċji. Bħala plejer, l-attitudni hija xi ħaġa importanti ħafna, u li tirrispetta lil kull min huwa involut fil-logħba u lil ta’ madwarek!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport