Monday, November 10, 2025

‘Bħala Rabat Ajax FC, pjan wieħed għandna … li nilagħbu logħba logħba’ – Aidan Azzopardi

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Bdiet meta kont żgħir fejn kelli ziju li kien iħobb il-futbol u bis-saħħa tiegħu kont spiċċajt nara l-logħob tal-Juventus. Avolja jiena xtaqt li mmur għall-atletika, ta’ seba’ snin iddeċidejt li nibda l-futbol ghax kelli hafna hbieb jilabu.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Rabat Ajax FC.

Avolja għandna plejers ġodda fit-tim, nemmen li vera qbilna bħala karattri u qed ningħaqdu bħala tim.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul dan l-istaġun sa issa?

S’issa kellna l-ewwel erba’ logħbiet fejn kellna ċans nifhmu lil xulxin bħala plejers u nifhmu l-abbiltajiet ta’ kull plejer biex inkunu nistgħu ngħaqqduhom għat-tajjeb tat-tim. S’issa jidher li x-xogħol u s-sagrifiċċju qiegħed jaħdem.

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?

Aħna pjan wieħed għandna … li nilagħbu logħba logħba. Għadu kmieni fl-istaġun u l-ewwel skop ikun dejjem li tirbaħ il-logħba li jmiss.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Nemmen li l-livell mhuwiex bħalma wieħed jaħseb. Kull tim ħa jagħtik logħba sal-aħħar minuta u hemm kwalitá f’ħafna plejers li lagħbu f’livelli ogħla.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Bħala training grounds, jiena ilni nittrenja fl-istess grawnd għal dawn l-aħħar 13-il sena li qatt ma nbidel minn dak iż-żmien. Avolja wasal għall-bidla tat-turf, l-affarijiet l-oħra vera tajbin bħal dressing rooms, dawl tal-grawnd, apparat u ħafna iktar.

Bħala grawnds tal-logħob nemmen li għadna lura ħafna. Immorru ġo grawnds fejn inkunu bla misħun jew ilma, dawl mixgħul nofsu sakemm ma jinqatax, pitches żgħar u iktar. Nemmen li hemm bżonn li dawn il-grawnds għandhom ikunu qrib tal-livell li hemm fis-Centenary Stadium Ta’ Qali, fejn issib kollox kif suppost.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? 

Il-futur mhux daqshekk naħseb fuqu. Qed nagħti li nista’ din is-sena u naraw il-futur x’iġib miegħu!

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Għal min jaħseb li din tista’ tkun it-triq tiegħu, nixtieq ngħidlu biex jidħol għaliha b’ruħu u ġismu. Illum il-futbol mhuwiex biss fil-grawnd iżda jrid jieħu ħsieb dieta, gym, mistrieħ, 1 on 1 sessions u ħaġ’oħra li ma nagħtux kas li hi s-saħħa mentali. Ladarba tgħaqqad dawn flimkien b’naqra talent ukoll, tista’ tagħmel karriera minnha!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport