Saturday, October 4, 2025

Bħalissa delegazzjoni minn Sardegna waslet fil-Belt Valletta li tinsab fostna sabiex tesperjenza in-Notte Bianca

Aqra wkoll

Bħalissa delegazzjoni minn Sardegna waslet fil-Belt Valletta, li tinsab fostna sabiex tesperjenza in-Notte Bianca, wieħed mill-aktar avvenimenti kulturali kbar tal-kalendarju Malti.

Id-delegazzjoni qed tipprepara wkoll għall-Expo relatat ma’ Sardegna li se jitella flimkien mal-kunsill lokali s-sena dieħla. Id-delegazzjoni ġabet magħna grupp folk li qed jagħti spettaklu uniku ta’ żfin u tradizzjonijiet popolari ta` dan il-pajjiz. Dawn l-esibizzjonijiet mhux biss jagħtu togħma mill-wirt folkloristiku ta’ Sardegna, iżda joħolqu wkoll ponti ta’ ħbiberija bejn il-komunitajiet tagħna.

Il-beltin u t-turisti li qed jżuru l-Belt Valletta kellhom l-opportunità jiltaqgħu direttament mad-delegazzjoni, jduqu prodotti tipiċi ta` Sardegna u jiskopru aktar dwar il-kultura u l-villaġġi tagħhom.

Is-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, qal:
“Valletta dejjem kienet u tibqa’ belt ta’ skambju kulturali, fejn tradizzjonijiet differenti jiltaqgħu u jsaħħu lil xulxin. Din iż-żjara minn Sardegna, f’dan il-mument speċjali ta’ Notte Bianca, hi xhieda ta’ kemm l-arti u l-kultura jistgħu jġibu lin-nies eqreb. Għalina bħala Belt Kapitali, kull esperjenza bħal din tfisser ħafna – tagħtina l-ispirazzjoni biex inkomplu nibnu belt vibranti, b’ħarsa lejn il-futur iżda b’rispett lejn il-wirt tagħna u dak tal-ħbieb tagħna minn pajjiżi oħra.”

Valletta qed tkompli tispikka bħala spazju ta’ ħbiberija fuq livell internazzjonali, fejn l-arti, il-kultura u l-komunità jingħaqdu flimkien f’armonija unika.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport